It-Tnejn
6 t' Ottubru, 2008 |
|
|
|
|
|
 |
|
| » | |
| » | |
| » | |
| » | |
| » | |
| » | |
| » | |
|
 |
|
 |
Il-ġurnal
‘In-Nazzjon’ u l-gazzetta ‘Il-Mument’ issa ilhom iwasslu servizz lill-poplu
Malti u Għawdxi għal aktar minn tletin sena - tletin sena ta’
servizz kontinwu fi żminijiet diffiċli, fi żminijiet meta
l-libertŕ u d-demokrazija f’pajjiżna kienu taħt theddida, fi żminijiet
trankwilli u eċitanti u fi żminijiet storiċi bħal meta
pajjiżna sar membru ta’ l-Unjoni Ewropea u, riċentement, meta
pajjiżna daħal fiż-żona ewro.
‘In-Nazzjon’, dakinhar bl-isem ‘In-Nazzjon Tagħna’, ħareġ għall-ewwel darba għall-qarrejja fl-1 ta’ Lulju ta’ l-1970. Dawk kollha li għexu din l-esperjenza eċitanti jirrakkontaw li dakinhar dan il-ġurnal ġdid tal-Partit Nazzjonalista, li allura kien qiegħed jieħu post il-gazzetta ‘Il-Poplu’ li kienet toħroġ tliet darbiet fil-ġimgħa, intlaqgħet tajjeb ħafna l-inkoraġġiment u s-sostenn kien wieħed pożittiv ħafna.
Tul is-snin il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ għadda minn diversi episodji sbieħ u inqas sbieħ, l-aktar fil-perjodu bejn l-1971 u l-1987 meta ripetutament kien taħt il-mira ta’ min ma riedx li l-poplu jitwassallu leħen ieħor. Madankollu l-qarrejja tal-ġurnal dejjem baqgħu jsegwuh b’interess qawwi u għalhekk id-direzzjoni, minn żmien għal żmien, dejjem għamlet fih it-tibdil u l-aġġornament neċessarju biex ‘In-Nazzjon’ baqa’ dejjem ġurnal frisk u b’dehra attraenti kif jitolbu ż-żminijiet.
Matul
dawn is-38 sena ta’ ‘In-Nazzjon’ il-ġurnal kellu diversi Edituri —
Michael Schiavone, Victor Camilleri, Joseph Cachia, Hector Bruno, Mario
Schiavone, Joe M. Zahra, John Zammit u Alex Attard.
Nhar il-ħadd, 9 ta’ Jannar ta’ l-1972 il-Partit Nazzjonalista kiteb paġna oħra storika fl-istorja tiegħu meta għall-ewwel darba ħarġet għall-bejgħ il-gazzetta ta’ kull nhar ta’ ħadd ‘Il-Mument’.
Id-deċiżjoni li l-Partit Nazzjonalista jkollu wkoll din it-tieni gazzetta tiegħu kien ġej mill-fatt li l-Partit ħass li kellu jsaħħaħ il-kuntatt tiegħu mal-poplu.
L-ewwel Editur ta’ ‘Il-Mument’ kien Michael Refalo. Warajh servew bħala ta’ ‘Il-Mument’ Michael Schiavone, Carmel Callus u Victor Camilleri.
Tul is-snin il-gazzetta ‘Il-Mument’ kibret qatigħ u mhux biss żdiedu
bl-eluf il-qarrejja tagħha, imma l-aġġornament kien konsistenti
u regolari. Matul il-milja tas-snin ‘Il-Mument’ ukoll għadda minn diversi
ġrajjiet partikulari, kemm fi żminijiet meta pajjiżna kien
għaddej minn mumenti diffiċli ħafna, u anki matul is-snin
meta pajjiżna għeleb it-theddida għad-demokrazija u l-libertŕ
u mexa sew ’il quddiem b’kisbiet kbar u storiċi bħal meta Malta
saret membru ta’ l-Unjoni Ewropea.
Imma
sehem sinjifikanti u mill-aktar partikulari fis-suċċess ta’ dawn
iż-żewġ gazzetti bla dubju ta’ xejn hi d-Dar Ċentrali
li fiha jitilgħu l-istess gazzetti. ‘In-Nazzjon’ u ‘Il-Mument’ huma
sinonimi mad-Dar Ċentrali li tul is-snin ukoll għaddiet minn ħafna
esperjenzi kbar tant li tilgħab rwol kruċjali fl-istorja politika
ta’ pajjiżna. Illum id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista tinsab
ftit ’il bogħod milli terġa’ tkun inawgurata mill-ġdid —
investiment ta’ miljuni ta’ ewro li għamluha Dar Ċentrali moderna
kif jixraq lill-Partit Nazzjonalista fiż-żminijiet ta’ llum -
Dar Ċentrali moderna b’mezzi ta’ komunikazzjoni aġġornati
kif jitolbu ż-żminijiet ta’ llum — jiġifieri mhux biss il-gazzetti
‘In-Nazzjon’ u ‘Il-Mument’, imma, magħhom, stazzjon tar-radju – ‘Radio
101’, stazzjon tat-televiżjoni ‘Net Television’ u website ‘maltarightnow.com’.
|
|
|
|